Wednesday, April 24, 2024

AĦBAR FALZA DWAR ID-DATA TAL-ELEZZJONI

Aqra wkoll

Fil-ġimgħat li għaddew waqt li bħala Gvern konna qegħdin inħejju Budget soċjali li jħalli impatt pożittiv fuq il-familji Maltin u Għawdxin, l-Oppożizzjoni kienet medhija tispinja aħbar falza dwar id-data tal-elezzjoni. Ħarġuha fuq il-ġurnali u l-paġni fuq il-mezzi soċjali tagħhom li l-elezjoni ġejja fis- 27 ta’ Novembru. Aħbar bħal din bilfors li tiġbed l-attenzjoni ta’ ħafna u dan kien l-iskop tal-Partit Nazzjonalista. Huma ma jiħdux pjaċir meta Gvern Laburista jġib il-ġid lejn pajjiżna. Issa li għelibna l-isfida tal-pandemija u b’kawtela qegħdin nerġgħu lura għan-normal, riedu jaraw ma xiex jaqbdu biex jiddevjaw l-attenzjoni tal-poplu. 

Li mhux jindunaw tal-Partit Nazzjonalista huwa li l-politika ta’ Robert Abela mhux waħda bbażata fuq il-perċezzjoni jew fuq l-illużjoni imma hija politika reali li bil-fatti tħalli impatt pożittiv fuq kull faxxa tas-soċjetà. Din il-politika tista’ tħossha u tgħixha. Inutli li l-Partit Nazzjonalista jipprova jiżvija lill-poplu għax l-istess poplu qiegħed jirċievi u jibbenefika mill-miżuri soċjali li ħabbarna. 

Hekk kien ġara fil-pandemija. Tal-PN, ħarġu jgħidulna li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni u li mhux ser ikollna dożi biżżejjed għall-popolazzjoni ta’ pajjiżna. Qalulna wkoll li l-ekonomija se tikkrolla u ser jintilfu ħafna mpjiegi. Il-politika tal-biża’ u l-qtigħ il-qalb. Però fir-realtà rajna li l-vaċċin ħadem u qiegħed jipproteġi lill-poplu u tant kellna dożi ta’ vaċċin li qed inqassmu lil pajjiżi oħra. Imbagħad qassamna l-vouchers, tajna l-wage supplement scheme u waqt pandemija irnexxilna nnaqsu l-qgħad. 

Għalhekk aħna Gvern kredibbli għax inwettqu dak li nwegħdu u sabiex nagħmlu dan kollu irridu nutilizzaw iż- żmien kollu tal-leġiżlatura. Il- Prim Ministru għamilha ċara li l-elezzjoni ssir fl-interess tal-poplu meta nkunu wet- taqna iktar punti mill-manifest elettorali. Ħaddiehor jara d-data tal-elezzjoni bħala ċ- ċans li jista’ jiggranfa mal-poter jew inkella biex jehles mill-Kap tiegħu malajr kemm jista’ jkun! 

Volontarjat 

Jien kburi b’pajjiżi għax l-identità tagħna hija waħda unika fejn inħaddnu tradizz- jonijiet li għadhom ħajjin sa mill-eqdem żmenijiet. Iktar ma nħuf fit-toroq tal-lokali- tajiet tar-raba’ distrett, iktar niskopri kemm hawn għaqdiet volontarji li minnhom isir ħafna ġid. Kull għaqda jkoll- ha l-iskop partikolari tagħha. Hawn għaqdiet sportivi, oħrajn reliġjużi b’konno- tazzjoni mal-festi u oħrajn li lkoll jgħaqqdu lill-membri tagħhom u jwettqu dik l-attività li tant tkun għal qalbhom. 

Irridu napprezzaw li llum il-ġurnata mhux faċli li wieħed iżomm għaqda. Hija sfida kontinwa sabiex wieħed ilaħħaq mal-ispejjeż u l-istandards għoljin li kulħadd jistenna mill-għaqdiet. Nieħu eżempju fuq l-għaqdiet sportivi. Illum b’differenza għal-qabel dawn l-għaqdiet iħarsu li jkollhom l-aqwa faċilitajiet fejn jittrenjaw l-atleti tagħhom. Jfittxu li jkollhom pitches tat-turf, gyms, coaches kwalifikati u staff tekniku. Dan kollu jsir possibbli għax iduru lejn il-benefiċċjarji u jagħtuhom donazzjoni. Matul is-sena mbagħad jorganizzaw diversi attivitajiet biex jiġbru fondi li jservu sabiex jirkupraw l-ispejjeż. Din is-sena ma kenitx waħda faċli minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija imma xorta waħda sabu mezz kif b’xi mod jibqgħu idawwru r-rota. 

Din il-ġimgħa kelli l-unur li nattendi ġewwa l-kumpless tan-nar u l-Każin tal-Banda tal-Madonna taċ-Ċintura fil-Gudja. Stajt ninnota d-ded- ikazzjoni tal-membri li jagħtu minn ħinhom is-sagrifiċċji kbar biex iżommu t-tradizzjoni ħajja fl-għaqdiet rispettivi tagħhom. Tħoss l-imħab- ba li għandhom lejn dak li jemmnu fih u t’esperjenza l-vera għaqda ta’ ħafna nies flimkien ta’ etajiet differenti li jinkludu żgħażagħ li qed jitrawmu ma’ dawk ta’ iktar esperjenza. 

Din hija s-soċjetà li rrid naħdem għaliha jien. L-irħula tagħna b’mod ħaj, fejn nieħ- du gost ngħixu flimkien b’at- tivitajiet ħajjin b’opportunità li wieħed jista’ jkabbar it-talenti tiegħu jew jqatta’ ftit ħin ta’ mistrieħ fil-kumpanija ta’ nies oħra mill-istess lokalità. Komunità attiva’ fejn il-ħidma kollettiva minn kulħadd; mill-kunsill lokali sal-iżgħar għaqda jtellgħu l-isem tal-lokalità dejjem ‘l fuq. 

Aħna tas-‘south’ ilna nuru dan matul is-snin u għalkemm ikun hawn min jipprova jittimbrana mod ieħor, ir-realtà turina mod ieħor. 

Is-sigurtà tal-ħaddiem 

Din il-ġimgħa segwejt aħbar fejn l-l-OHSA,ħarġet 689 multa amministrattiva b’valur ta’ €256,750 lil persuni u entitajiet li kisru regoli tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Filwaqt illi ninnota li qiegħed isir infurzar sabiex nipproteġu lill-ħaddiema tagħna, jibqa’ l-fatt li fadal ħafna xoghol xi jsir f’dan ir-rigward. 

Ilna ħafna nitkellmu dwar il-ħaddiema u Gvern Laburista kontinwament jara kif ipoġġi fuq quddiem tal-aġenda tiegħu lill-ħaddiem. Gvern Laburista permezz tal-politika tiegħu jagħraf l-importanza tax-xogħol sabiex tissaħħaħ l-ekonomija u jiġi ġġenerat il-ġid, imma fiċ-ċentru ta’ dan kollu huwa l-ħaddiem. Il-ħaddiem bieżel li ta’ kuljum jaqdi dmiru biex jaqla’ l-għajxien tiegħu. Anke l-istess Budget li ħabbarna ħmistax ilu jirrifletti dan u tejjeb il-kondizzjonijiet tal-ħaddiem. Kien hemm enfasi wkoll fuq l-abbiltà tal-ħaddiem u opportunitajiet f’setturi ġodda sabiex il-ħaddiem itejjeb il-kondizzjonijiet tiegħu u jiggwadanja minn pagi aħjar. 

Madanakollu, irridu nkunu konxji wkoll li qed jiġu reġistrati numri ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, speċjalment f’siti ta’ kostruzzjoni. Illum il-ġurnata għandna tagħrif u mezzi dwar kif tissaħħaħ is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Irridu nkunu ċerti li jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju fil-post fejn ikun qiegħed isir ix-xogħol. Irridu noqogħdu attenti li ma jsirx sfruttar tal-ħaddiem li biex jaqla’ l-għixien tiegħu ikun qiegħed jipperikola ħajtu. 

Ix-xahar t’Ottubru 

Illum l-aħħar ġurnata tax-xahar ta’ Ottubru fejn ta’ kull sena nfakkru l-għarfien dwar il-kancer tas-sider u l-impatt li dan iħalli fuq in-nisa; xahar li nirreferu għalih bħala Pink October. Mata l-kanċer tas-sider jin- stab kmieni, jista’ jiġi trattat b’suċċess qabel jinxered u jkun iktar diffiċli biex jigi kkurat. Għaldaqstant huwa mportanti ħafna li tikkonsul- taw mat-tabib tagħkom meta jkollkom xi dubji jew taħs- bu li jista’ jkollkom kanċer tas-sider. F’Malta għandna programm iffinanzjat mill- Gvern li jipprovdi screening għall-kanċer tas-sider għan-nisa ta’ bejn il-50 u s-67 sena. Dan is-servi jingħata b’xejn kull sentejn. Nixtieq nappellalkom biex tirrikorru għal dan is-servizz u tieħdu ħsieb saħħitkom. Nieħu l-ok- każjoni biex nagħmel kuraġġ lil dawk in-nisa u individwi ohrajn li bħalissa għaddejjin jikkumbattu mal-marda kiefra tal-kanċer. Grazzi tmur lil kull min jaħdem fil-qasam ta-saħħa li b’tant dedikazz- joni jieħdu ħsieb lill-pazjenti kollha f’dak kollu li jkollhom bżonn. Għandna biex inkunu kburin li għandna livell għoli fil-qasam tas-saħħa. 

Sport