AC Milan introduċew lil Antonio D’Ottavio bħala d-direttur sportiv il-ġdid tal-klabb. Hu se jiġi mgħejjun minn Geoffrey Moncada li ġedded il-kuntratt tax-xogħol tiegħu mar-Rossoneri.
D’Ottavio mhux isem ġdid għall-klabb min-naħa ta’ fuq tal-Italja hekk kif aktar qabel kien jokkupa l-kariga ta’ skawt li kien ifittex talent żagħżugħ.
D’Ottavio hu gradwat bħala inġinier u kien il-favorit tas-sid Gerry Cardinale li kien hu stess li waqqaf lill-eks plejer leġġendarju Paolo Maldini minn din il-kariga.