Friday, September 20, 2024

Anwar El Ghazi jiġi mneħħi għal kollox minn Mainz

Aqra wkoll

Wara li kollox kien jidher li l-plejer Olandiż Anwar El Ghazi kien se jirritorna ma’ Mainz wara s-sospensjoni li tawh minħabba messaġġi favur il-poplu Palestinjan u kontra dak Iżraeljan, dan kollu ma seħħx minħabba li l-plejer baqa’ jwebbes rasu u naqas milli jitlob apoloġija formali.

Fi stqarrija, it-tim Ġermaniż qal li l-filosofija tagħhom ma taqbel xejn ma’ dik tal-plejer u filwaqt li issa se jkollhom jieħdu din id-deċiżjoni drastika, huma sostnew li dan hu kapitlu magħluq.

El Ghazi kien ilu ma’ Mainz xahrejn fejn laħaq lagħab tliet logħbiet.

Sport