Saturday, July 25, 2026
Home Sport Il-logħba bejn Fiorentina u Juventus tista’ ma ssirx

Il-logħba bejn Fiorentina u Juventus tista’ ma ssirx

0
292

Il-logħba tant importanti li se tintlagħab fi Stadio Artemio Franchi ta’ Firenze bejn Fiorentina u Juventus għada filgħaxija tista’ ma ssirx jekk ma jkunx hemm lok ta’ sigurta’ għall-plejers u partitarji taż-żewġ naħat.

Ilbieraħ ir-reġjun tat-Toskana ntlaqat minn maltemp u għargħar kbir li ġabuha litteralment għarkupptejha speċjalment it-toroq prinċipali tal-ibliet fil-viċin.

Id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qed jevalwaw is-sitwazzjoni u mistenni jagħtu parir lill-awtoritajiet inkarigati.