Sunday, December 22, 2024

Anzjan barrani mmultat €2,000 għaliex ma deherx fil-Qorti

Aqra wkoll

Franċiż ta’ 76 sena kien immultat €2,000 wara li ammetta li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kienu ġew imposti fuqu b’digriet mill-Qorti tal-Maġistrati.
Fil-Qorti nstema’ kif Morel-Jean, Serge Ernest Raymond, baqa’ ma ġiex Malta u ma deherx il-Qorti fis-seduta tas-27 ta’ Ġunju 2023 meta ġie mitlub biex jagħmel dan mill-Uffiċjal Prosekutur, skont kif kien obbligat fid-digriet li bih ingħata l-ħelsien mill-arrest.

Irriżulta li dan n-nuqqas tal-imputat wassal biex kellu jiġi ordnat il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest fil-konfront tegħu, bil-ħela ta’ żmien u l-proċeduri kollha li tagħt lok għalihom l-eżekuzzzjoni ta’ tali mandat.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello qieset iżda li l-imputat huwa anzjan ta’ 76 sena u fl-aħħar mill-aħħar ġie lura Malta volontarjament, għad ill dan għamlu wara li għaddew xhur wara d-data li naqas milli jidher għall-ordni msemmija fl-obbligazzjoni tal-garanzija.

Dan kollu magħdud, il-Qorti qalet li kienet tal-fehma li piena karċerarja ma tkunx idonea bħala piena fuq sejbien ta’ ħtija f’dan il-kaz. Kien għalhekk li filwaqt li sabitu ħati tal-akkuża miġjuba kontrih, ikkundannatu multa ta’ €2,000.

Il-Qorti ordnat il-konfiska parzjali tal-ammont stabbilit fid-digriet li bih ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt garazija, favur il-Gvern ta’ Malta, fis-somma ta’ €5,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elliot Magro.

Ekonomija

Sport