Sunday, December 22, 2024

Anzjan bi ġrieħi gravi wara inċident bir-rota fl-Imtarfa

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 83 sena residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-11:00 a.m, ken involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Kav. Vincenzo Bonello fl-Imtarfa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq rota u ntlaqat karozza Mercedes GLC li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 65 sena residenti Birkirkara.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport