Sunday, December 22, 2024

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vann fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Anzjan sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 79 sena residenti Ħal Għaxaq kien intlaqat minn vann Ford Transit li kien qiegħed jinstaq minn raġel ta’ 46 sena residenti Ħal Tarxien.

L-anzjan ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ minnufih fuq il-post sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport