Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:15 p.m., weġġa’ f’residenza fi Triq Axtart, Marsaxlokk.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel, li għandu 78 sena, waqa’ minn fuq sellum. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.