Tuesday, December 24, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-7:30 a.m. weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Avjazzjoni, Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Hyundai I20 misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti Ħal Safi, u mutur tal-għamla Kymco misjuq minn raġel ta’ 60 sena residenti ż-Żurrieq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport