Wednesday, April 24, 2024

Christian Eriksen se jdum barra mill-azzjoni sal-bidu ta’ Mejju

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Daniż ta’ Manchester United, Christian Eriksen, minstenni jdum barra mill-azzjoni sal-bidu ta’ Mejju wara li sofra injury fl-għaksa fir-rebħa ta’ 3-1 fuq Reading ta’ nhar is-Sibt li għadda, valida mill-FA Cup.

“Eriksen mistenni jkun barra mill-azzjoni għal perjodu estiż,” qalet stqarrija tal-club.

“Hemm tama li Christian jista’ jirritorna fil-ħin biex ikollu rwol fl-aħħar stadji tal-istaġun.”

Huwa għamel 31 dehra mal-United f’dan l-istaġun.

L-eks plejer ta’ Ajax, Tottenham, Inter u Brentford iffirma kuntratt ta’ tliet snin f’Old Trafford fis-sajf li għadda.

“Filwaqt li l-investigazzjonijiet mediċi għadhom għaddejjin, il-valutazzjonijiet inizjali jindikaw li Eriksen x’aktarx ikun barra sal-bidu ta’ Mejju,” temmet tgħid l-istqarrija.

Sport