Friday, July 24, 2026
Home Sport Illum Portelli jkun jaf jekk hux se jkun eliġibbli li jilgħab għal...

Illum Portelli jkun jaf jekk hux se jkun eliġibbli li jilgħab għal Harmun Spartans

0
509

Illum waranofsinhar issejħet laqgħa tal-Bord Eżekuttiv biex tiġi diskussa t-talba mressqa minn Hamrun Spartans FC biex jirreġistraw lill-eks President tagħhom, is-Sur Joseph Portelli, bħala plejer. Dan wara r-riżenja ta’ dan tal-aħħar mill-kariga ta’ president tal-klabb il-ġimgħa li għaddiet.

Malli rċeviet it-talba għar-reġistrazzjoni, il-kwistjoni ġiet riferuta immedjatament lill-Kumitat tal-Etika u l-Konformità fuq il-bażi tal-Politika tal-Immaniġġjar tar-Riskju tar-Reputazzjoni tal-Assoċjazzjoni. Il-Kumitat iltaqa’ lbieraħ filgħaxija fejn appella wkoll lis-Segretarju tal-Każin biex jipprovdi l-pożizzjoni tal-klabb.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat se tiġi ppreżentata lill-Bord Eżekuttiv fil-laqgħa tal-lum.

Ir-reġistrazzjoni tal-plejers hija possibbli sal-lum 31 ta’ Jannar 2023 f’nofs il-lejl.