Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa’ 3 sulari fis-Sannat Għawdex

0
2

Anzjan ta’ 76 sena tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ madwar 3 sulari fis-Sannat Għawdex.

Jirriżulta li l-anzjan kien qiegħed jagħmel xi xogħol fir-residenza tiegħu u kien qiegħed fuq sellum meta għal xi raġuni waqa’.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li pprovaw jagħmlu dak kollu posibbli biex isalvaw lill-anzjan, iżda hu ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-pulizija qegħdin fuq il-post jinvestigaw dan l-inċident filwaqt li l-Maġistrat Jean Paul Grech qiegħed imexxi l-inkjesta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here