Saturday, May 4, 2024

Anzjan ta’ 103 snin fost tlett irġiel li mietu waqt li kienu pożittivi fl-aħħar sigħat

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 komplew jonqsu biex issa niżlu għal 1,628 hekk kif il-każi ta’ fejqan komplew jiżbqu l-każi ġodda.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 72 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 121 persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 54 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqisma tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 592 wara li bejn il-Ħadd u t-Tnejn mietu tlett irġiel ta’ 39, 92 u 103 snin waqt li kienu pożittivi għall-Covid.

Sal-Ħadd filgħaxija kienu ngħataw 1,231,182 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 337,974 kienu dożi tal-booster.

Sport