Anzjan u anzjana ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku lbieraħ.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 p.m, fi Triq Sant’Antnin, f’Wied il-Għajn. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 80 sena residenti Wied il-Għajn, intlaqat minn mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 80 sena residenti Raħal Ġdid.
It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 p.m, fi Triq il-Fejġel, fir-Rabat. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 65 sena residenti r-Rabat, intlaqtet minn Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 76 residenti r-Rabat ukoll.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u l-vittmi ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin