Għall-ħabta tat-3.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, ix-Xagħra, Għawdex.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 68 sena residenti x-Xagħra, Għawdex, tilfet il-kontroll tal-Mazda Demio li kienet qed issuq u ħabtet mar-roundabout.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti, u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.