Saturday, May 18, 2024

Newcastle United jitilgħu fit-tieni post tal-Premier League Ingliż

Aqra wkoll

Newcastle United telgħu fit-tieni post tal-klassifika b’rebħa ta’ 3-0 għand Leicester City bil-protagonisti jkunu Chris Wood (3 pen), Miguel Almiron (7) u Joelinton (32). Kif jindika r-riżultat, wara biss seba’ minuti l-Magpies fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals biex iddettaw il-kumplament tal-logħba.

B’hekk huma saħħew posthom biex ikomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League.

Brentford v Tottenham – Tottenham Hotspur marru għand Brentford u rkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals biex temmew fi draw ta’ 2-2.

Kienu Vitaly Janelt (15) u Ivan Toney (54) li poġġew lill-Bees fil-vantaġġ iżda Harry Kane (65) u Pierre-Emile Hojbjerg (71) salvaw ir-riżultat għat-team immexxi mill-manager Antonio Conte.

C. Palace v Fulham – Barra minn darhom Fulham għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu Bobby Reid (31), Tim Ream (71) u Aleksandar Mitrovic (80). Il-Palace kellhom lil Tyrick Mitchell (34) u lil James Tomkins (57) imkeċċija.

Everton v Wolves – Fid-debutt tal-manager, Julien Lopetegui, Wolves marru f’Goodison Park u dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Everton 2-1, b’goals minn Daniel Podence (22) u Rayan Ait Nouri (92) wara li Kien Yerry Mina (7) fetaħ l-iskor għat-Toffees.

Southampton v Brighton – Brighton kisbu rebħa tajba għand Southampton bl-iskor ta’ 3-1 permezz ta’ Adam Lallana (14), Romain Perraud (35 og) u Solly March (56) filwaqt li James Ward-Prowse (73) wieġeb għas-Saints minn rebound ta’ penalty.

Sport