Illum, għall-ħabta tal-11:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident f’Xatt
Pinto, il-Furjana.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Ingliża ta’ 80 sena kienet intlaqtet minn Fork Lifter misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Marsa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

