Saturday, May 18, 2024

Anzjana ta’ 75 sena ssofri ġrieħi gravi wara nirien f’kamra tas-sodda

Aqra wkoll

Mara ta’ 75 sena sofriet ġrieħi gravi filwaqt li anzjana oħra, ukoll ta’ 75 sena, ma sofriet l-ebda ġrieħi wara li żviluppaw nirien f’kamra tas-sodda f’residenza fiż-Żurrieq. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.00 p.m. fi Triq Santa Katerina.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien u tim mediku sabiex jassistu liż-żewġ anzjani. Iż-żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard, waħda minn nisa ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-persuna l-oħra ma sofrietx ġrieħi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport