Saturday, May 4, 2024

L-atturi popolari ta’ 50 sena ilu

Aqra wkoll

Miktub Minn Mario Azzopardi

Għal bosta snin, il- kumpanija Quigley Publishing kienet tippublika kull sena l-lista tal-atturi li huma popolari mal-pubbliku li ji rekwenta s-swali taċ-ċinema. Din kienet issir fuq bażi ta’ stħarriġ mas-sidien tat-teatri Amerikani li kellhom interess li jkollhom il-films li jridu jaraw il-parruċċana tagħhom. Din il-lista bdiet tiġi ppubblikata fl-1915 u baqgħet issir sal-2013. 

Illum se nagħtu daqqa t’għajn lejn liema kienu l-atturi popolari tal-1970. Kif se naraw, erbgħa biss minn dawn l-għaxra għadhom ħajjin. Barbara Streisand biss għandha 78 sena. It-tliet rġiel l-oħra għandhom fuq it-80, b’Clint Eastwood jagħlaq 90 sena fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. 

L-attur li kien popolari l-aktar ħamsin sena ilu, kien Paul Newman. Il-film li għamillu suċċess kbir f’dak il- perjodu kien l-film bijografiku “Butch Cassidy and the Sundance Kid”. Għal Paul Newman, din kienet it-tieni sena konsekuttiva li okkupa l-post tal-quċċata ta’ din il-klassika. Kurjuż l-fatt li l-co-star tiegħu f’“Butch Cassi- dy and the Sundance Kid” Robert Redford ma kienx inkluż ma’ l-aqwa għaxra ta’ dik is-sena. Robert Redford sar popolari meta reġa ħadem ma’ Paul Newman f’“The Sting”. Tant hu hekk li Robert Redford kien l-attur numru wieħed għal tliett snin konsekuttivi bejn l-1974 u l-1976. 

Fit-tieni post tal-klassifika tal-1970 insibu lil Clint Eastwood. Wara s-suċċess li kellu bl-ispagetti westerns fl-ewwel nofs tas-snin 60, Eastwood qatt ma ħares lura. Nofs seklu ilu, Clint Eastwood kien ġej mis-suċċessi ta’ “Where Eagles Dare”, “Paint Your Wagon”, “Two Mules for Sister Sara” u “Kelly’s Heroes”. Imma l-vera l-aqwa tiegħu kienu ġej għax fl-1971 ħadem “Dirty Harry”. Tant hu hekk li wara “Dirty Harry”, Clint Eastwood għamel sentejn fil-quċċata. Kellu suċċessi aktar s- snin ta’ wara. 

Fit-tielet post insibu lil Steve McQueen. “The Thomas Crown Affair” u ferm aktar “Bullitt” għamlu lil dan l-attur imfittex ħafna. Minkejja li kien qabeż is-sittin, John Wayne baqa’ jżomm il-popolarità tiegħu. Ma naħsibx li ma’ l-Amerikani biss. L-attur li jissimboliżża l-western, l-1970 hi s-sena meta rebaħ l-Oscar u l-Golden Globe għall-parti ta’ Rooster Cogburn f’“True Grit”. Kien għadu ġej ukoll mis-suċċess ta’ “The Undefeated”. Fl-1970 tana “Chi- sum” u “Rio Lobo”. 

Il-ħames post tal-1970, okkupah Elliott Gould. F’dik is-sena huwa kien protagonist l-black comedy “M*A*S*H” ispirat mir-rumanz ta’ Richard Hooker, ‘MASH: A novel about Three Army Doctors”. Il- lm hu ambjentat fl-1951, meta kirurġi fuq tagħhom u ħsiebhom n-nisa jiġu assenjati biex imorru l-Korea t’Isfel l- Mobile Army Surgical Hos- pital (MASH). Elliott Gould ikun kirurgu tal-parti tas-sider. 

Fil-parti t’isfel ta’ din il-klassifika nsibu lil Dustin Hoffman li kien ġej minn żewġ suċċessi kbar: “The Graduate” u “Midnight Cowboy”. Fl-1970 tana “Little Big Man”. 

Is-seba’ post, kien okkupat minn Lee Marvin. Huwa kienu għadu jgawdi mis- suċċess ta’ “The Dirt Dozen” u sa ċertu punt ta’ “Paint Your Wagon”. 

Fit-tmien post niltaqgħu mal-attur komiku Jack Lemmon. Il-film “The Odd Couple” li kien ħareġ f’nofs Mejju 1968 kellu suċċess enormi. U din tispjega sa ċertu punt għala co-star tiegħu f’dan il- lm Walter Matthau jinsab fl-għaxar post. “The Odd Couple” hu wieħed mill-aħjar films komiċi li ħarġu lejn l-aħħar tas-snin 60. Fl-1970, Jack Lemmon tana lm komiku ieħor, “The Out of Towners”. Mill-banda l-oħra, Walter Matthau kellu “Hello Dolly!” -1969 għenu ukoll l-popolarità. Bejn dawn iż-żewġ atturi komiċi nsibu l-unika mara u l-co-star ta’ Matthau f’“Hello Dolly!”, jiġi eri Barbra Streisand. Biex ngħidu kollox, kienet qiegħda tgawdi wkoll mis-suċċess ta’ Funny Girl” fejn għal din il-parti anke rebħet Oscar. Fl-1970, Streisand ħadmet il-film komiku “The Owl and the Pussycat” ma’ George Segal. F’dan il- lm, Barbra Strei- sand kellha xeni fejn tkun bla ħwejjeġ. Imma qabel dan il-film ħareġ għall-wiri, id-direttur Herbert Ross iddeċieda li jħalli dawn ix-xeni barra. Fl-1979, ir-ritratti ta’ dawn ix-xeni sabu wrieħhom l-magażin għall-adulti ‘High Society’. Barbra Streisand fetħet kawża għal danni li jammontaw għal $5 miljun. 

Sport