Tuesday, November 26, 2024

Anzjana ta’ 90 sena l-40 persuna li mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjana ta’ 90 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-30 ta’ Awwissu u kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Settembru. L-anzjana baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet tard ilbieraħ filgħaxija. 

Hija kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali, u l-użu tal-maskra.

Sport