Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-7:30 a.m., kienet involuta f’inċident fi Triq Santu Wistin, Ħal Tarxien.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 81 sena residenti Ħal Tarxien stess, intlaqtet minn Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 25 sena residenti Ħal Tarxien ukoll, li f’dak il-ħin kienet qiegħda tirriversja.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.