Anzjana weġġgħet gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tat-3:00 p.m., waqgħet waqt li kienet f’ħanut fi Triq Misraħ is-Sliem, Ħaż-Żabbar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjana ta’ 74 sena residenti Ħaż-Żabbar stess weġġgħet wara li waqgħet f’bokka ta’ kantina.
Hija ngħatat l-ewwel għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.