Sunday, May 5, 2024

Raġel mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta mal-allegat aggressjoni tal-bieraħ fil-Qawra

Aqra wkoll

Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, għall-ħabta tal-11:00 a.m., raġel ser jitressaq il-Qorti b’rabta mal-argument li seħħ ilbieraħ filgħodu fil-Qawra.

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija, ingħad li l-argument seħħ għall-ħabta tas-6:30 a.m. f’residenza fi Triq Andrew Cunningham bejn żewġt irġiel – Serb ta’ 38 sena u Malti ta’ 31 sena, u mara; Ingliża ta’ 31 sena. Kawża tal-argument, ir-raġel ta’ 31 sena sofra xi ġrieħi bis-sikkina u ħarab mir-residenza, filwaqt li l-mara ppruvat taħrab mill-gallarija fejn waqgħet madwar sular għoli u konsegwenza t’hekk weġġgħet gravi.

Fi ftit ħin il-Pulizija rnexxielhom jarrestaw lis-Serb li bħalissa qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.

Il-każ ser jinstema’ quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace.

Sport