Thursday, May 7, 2026

Anzjani li jbigħu darhom biex jixtru proprjetà iżgħar se jkunu eżenti milli jħallsu t-taxxa tal-boll

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dawk l-anzjani li jiddeċiedu li jbigħu d-dar tagħhom biex jixtru proprjetà iżgħar illum qed ikollhom iħallsu t-taxxa tal-boll. Dawn qatt ma bbenefikaw minn skemi. Issa se jsibu l-Gvern magħhom. Jekk il-Partit Laburista jingħata l-fiduċja fit-30 ta’ Mejju li ġej, dawn l-anzjani se jkunu eżenti milli jħallsu t-taxxa tal-boll. Se jkunu meqjusa huma wkoll first time buyers fejn tidħol it-taxxa tal-boll. 

Din kienet proposta oħra mħabbra mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela meta l-Ħamis filgħaxija kien qed jiġi intervistat minn Kylie Vella fil-Pjazza tal-Mellieħa. 

Il-Prim Ministru spjega li din il-miżura se tidħol taħt l-iskema “Our Next Home”. B’din se tolqot ġenituri b’aktar minn wild wieħed kif ukoll għal persuni li jisseparaw jew jiddivorzjaw. Permezz ta’ din l-iskema, dawn il-kategoriji differenti ta’ persuni jistgħu jiffrankaw sa €15,000 f’ħlas ta’ boll meta jixtru proprjetà ġdida.

Fl-intervista, Dr Abela tkellem dwar proposta oħra mmirata għas-self employed. Huwa spjega kif is-self employed iħallsu l-bolla b’mod differenti minn min hu impjegat. Impjegat iħallas bir-rata ta’ 10%, mentri self-employed iħallas bir-rata ta’ 15%. Dan għaliex ħaddiem jidħol sieħeb miegħu min iħaddmu fejn tidħol ħlas ta’ bolla u jġorr parti minn dak il-piż. Self-employed ma għandux dak it-tip ta’ sostenn. 

“Nemmen li wasal iż-żmien biex ngħinu aktar lis-self employed.  Permezz ta’ skema ġdida SMEBoost, dan l-appoġġ se jitwessa’ għas-self employed kollha. Filwaqt li self-employed jibqgħu jħallsu rata ta’ 15%, se jingħataw cash grant sabiex ir-rata effettiva tagħhom tkun bħal ta’ 10%. Dan se jfisser sostenn ta’ 5% tal-ammont tal-paga ddikjarata, li jfisser tifdil bir-rati preżenti li jlaħħaq bejn kważi €630 u €1,450 fis-sena. Li jfisser li self-employed jista’ jfaddal sa €7,150 fil-leġislatura li jmiss,” qal il-Prim Ministru. “B’kollox sostenn ta’ aktar minn €20 miljun fis-sena lis-self-employed tagħna. Mitt miljun u aktar fil-ħames snin li ġejjin.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport