Thursday, May 7, 2026

“Dawn l-attakki jiksru l-liġijiet internazzjonali u dawk umanitarji”

– Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

Aqra wkoll

Hekk kif nhar l-Erbgħa bastiment li jtajjar bandiera Maltija ġie attakkat fi Strait of Hormuz, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg kiteb fuq il-midja soċjali li “Malta għadha kif ikkomunikat man-Nazzjonijiet Magħquda dwar l-attakki fuq bastimenti b’bandiera Maltija fl-Istrett ta’ Ħormuż. Qed ninsistu li dawn l-attakki jiksru l-liġijiet internazzjonali u dawk umanitarji – speċjalment l-attakki fuq il-baħrin, li huma ċivili innoċenti.”

Il-bastiment li kien qiegħed iġorr kontejnes hu ta’ kumpanija Franċiża – CMA CGM San Antonio. Fuqu joperaw l-istess bastiment hemm ekwipaġġ Filippin. L-attakk seħħ nhar it-Tlieta bil-lejl fl-ibħra Omani u mill-ewwel bdiet operazzjoni ta’ salvataġġ.

Minn dak li ġie rraportat fil-midja internazzjonali, jidher li xi membri tal-ekwipaġġ sofew xi ġrieħi tant li kellhom jiġu evekwati. S’issa l-kumpanija Franċiża ma qalitx kemm kien hemm membri tal-ekwipaġġ li kellhom jiddaħlu l-isptar għal kura.

F’kummenti li d-Deputat Prim Ministru Ian Borg ta lill-midja lokali ftit wara li sar magħruf li seħħ l-attakk, qal li ħaddiema li jaħdmu fuq bastimenti qatt ma għandhom jiġi fil-mira ta’ xi attakk. Ġie kkowtat jgħid li Malta turi solidarjetà mal-vittmi u kkonferma li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jinsab f’kuntatt mal-kumpanija li topera l-bastiment.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport