Friday, July 26, 2024

Appell lill-MAM biex tkun aktar meqjusa fil-kummenti taghha

Aqra wkoll

Il-POU – “Il-Pulizija dejjem għamlu xogħlhom speċjalment fejn jidħol l-infurzar tal-virus”

Is-sezzjoni fi ħdan il-General Workers Union (GWU) tal-Forzi Dixxiplinarji u Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infuzar tal-Liġi appellat lill-MAM tkun aktar meqjusa fil-kummenti tagħha fir-rigward tal-ħidma li jwettqu l-ħaddiema tal-infurzar tal-liġi. Din is-sezzjoni qalet li “ikun ferm apprezzat jekk il-MAM iġġib rispett lejn il-ħaddiema kollha tal-infurzar tal-liġi.

Is-sezzjoni kompliet tgħid li “kliem bħal “infuzar fażul” mhux aċċettabbli u juri nuqqas ta’ rispett lejn il-ħaddiema kollha tal-infurzar tal-liġi”.

Mal-appell tat-taqsima tal-Forzi Dixxiplinarji u Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infuzar tal-Liġi, ingħaqdet ukoll il-Unjin tal-Pulizija (POU). Fil-fatt din qalet li “l-Pulizija dejjem għamlu xogħlhom speċjalment fejn jidħol l-infurzar tal-virus.” Il-President tal-POU, l-RSM Ray Zammit qal li “filwaqt li nuru rispett lejn it-tobba, infermiera u front liners kollha, kummenti bhal dawn ma jagħmlux ġid.” Huwa kkonkluda jgħid li “għaldaqstant inserrħu ras il-pubbliku li hemm barra li dak kollu mitlub mill-amministrazjoni tal-korp issir.”

Ekonomija

Sport