Approvat il-pjan soċjali għall-klima ta’ Malta biex tgħin familji vulnerabbli u kumpaniji żgħar għal tranżizzjoni nadifa 

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-Pjan Soċjali għall-Klima ta’ Malta ta’ €60 miljun biex tappoġġja familji vulnerabbli u kumpaniji żgħar fit-tranżizzjoni nadifa. Il-Pjan Soċjali għall-Klima ta’ Malta, hu ir-raba’ pjan nazzjonali adottat taħt il-Fond Soċjali għall-Klima li juża dħul mill-ipprezzar tal-karbonju biex jiżgura tranżizzjoni nadifa ġusta u inklussiva. Il-pjan ta’ Malta se jimmobilizza xejn inqas minn €60.6 miljun sas-sena 2032, inklużi €45.4 miljun mill-Unjoni Ewropea.

Il-pjan ta’ Malta se jgħin lill-familji vulnerabbli jtejbu l-effiċjenza enerġetika tar-residenzi tagħhom. Dan se  jkun jista’ jsir b’titjib fl-effiċjenza enerġetika fosthom insulazzjoni tas-soqfa, u l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi apparat li jsaħħan  l-ilma b’pompa tas-sħana u sistemi fotovoltajċi b’ħażna ta’ batteriji.

Il-pjan jinkludi ukoll għażliet ta’ trasport sostenibbli għal aktar minn 30,000 peruan vulnerabbli u dan permezz ta’ servizzi ta’ trasport komunitarju minn bieb għal bieb. Barra minn hekk, il-pjan se jappoġġja mikro intrapriżi vulnerabbli f’setturi dipendenti fuq it-trasport billi jtejjeb l-aċċess għall-mobilità elettrika affordabbli u infrastruttura ta’ ċċarġjar, u jgħinhom jagħmlu t-tranżizzjoni għal vetturi elettriċi.

Bejn is-sena 2026 u s-sena 2032, il-miżuri se jgħinu biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku f’Malta u huma mistennija li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) bi 3,500 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO₂.

Il-Fond Soċjali għall-Klima jipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex jiffinanzjaw miżuri u investimenti identifikati fil-Pjanijiet Soċjali għall-Klima nazzjonali tagħhom, u jiżgura li t-tranżizzjoni nadifa tkun ġusta u ma tħalli lil ħadd lura. Bejn is-sena 2026 u s-sena 2032, il-Fond huwa mistenni li jimmobilizza mill-inqas €86.7 biljun, li jikkombina dħul mis-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ emissjonijiet għall-kombustjoni tal-fjuwil fil-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali (ETS2) kif ukoll il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri (mill-inqas 25 fil-mija tal-ispejjeż tal-pjanijiet tagħhom). 

F’komunikat il-Kummissjoni Ewropea qalet li qed taħdem mill-qrib mal-Istati Membri fuq l-iżvilupp tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom u tappella għas-sottomissjoni rapida tagħhom. Tmien Stati Membri (l-Iżvezja, il-Litwanja, il-Latvja, Malta, l-Olanda, il-Greċja, il-Kroazja, u s-Slovenja) ippreżentaw formalment il-Pjanijiet tagħhom sal-lum. Il-pjan tal-Iżvezja kien l-ewwel wieħed li ġie adottat, segwit mill-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-Litwanja u l-Latvja. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport