Friday, December 20, 2024

Approvata l-mozzjoni biex jinbeda l-proċess għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN

Aqra wkoll

Aktar kmieni illum wara nofsinhar, il-Kummissjoni Eletorali ġiet infurmata li l-Kunsill Ġenerali, imsejjaħ kif inhu mitlub mill-artiklu 82 sub inċiż 1(b) tal-iStatut tal-Partit Nazzjonalista, approva l-mozzjoni mressqa mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista sabiex jinbeda l-proċess għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit.

Il-Kummissjoni Elettorali qiegħda, għalhekk, b’referenza għall-artikolu 90 sub inċiż (a) tal-istatut li jidderiġi lill-Kummissjoni, fi żmien tlett ijiem minn din il-mozzjoni jsejjaħ għal dikjarjazzjonijiet ta’ interess minn persuni li jistgħu jkunu interessati jissottomettu nomina għal din il-kariga, qiegħed, jsejjaħ għall-membri tal-Partit Nazzjonalista li jistgħu jkunu interessati f’ din il-kariga sabiex jissottomettu dikjarazzjoni ta’ interess fuq il-formola apposita.

Il-formoli jinġabru mingħand is-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv Rudolph Marmara kemm fiżikament  jew permezz ta’ email mibgħuta lilu fuq l-indirizz [email protected]  u d-dikjarazzjoni ta’ interess trid tintbgħat jew tingħata lill-Kummissjoni Elettorali dan sat-30 ta’ April 2022 fl-12pm.

Ekonomija

Sport