Saturday, May 4, 2024

Festa ħamra u bnina… Festa Frawli!

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

It-temp illum huwa wieħed sabiħ u b’hekk għadd ta’ persuni qegħdin jieħdu l-opportunità li jerħulha lejn l-Imġarr għall-Festa Frawli 2022. Din l-attività gastronomika li tittella’ ta’ kull sena tiċċelebra l-produzzjoni tal-frawli lokali u l-2022 jirriżulta li kien wieħed eċċellenti għall-bdiewa tagħna.

L-attività, li bdiet mill-10 ta’ filgħodu, għandha diversi prodotti għall-bejgħ fosthom pastizzi, sfineġ, ravjul, luminati, smoothies, slush puppies, alkoħol u pasti li kollha huma magħmula mill-frawli. 

L-Imġarr huwa meqjus bħala l-lokalità ewlenija għall-produzzjoni tal-frawli, proċess li jdum ix-xhur sakemm din il-frotta bnina u popolari tasal fuq l-imwejjed tagħna.

Festa Frawli hija avveniment għall-qalb ħafna l-poplu Malti li jirrikjedi ħafna ppjanar u xogħol li parti minnu jsir minn volontiera. Din bdiet bi prova snin ilu u kienet waqfet temporanjament għas-sentejn tal-pandemija iżda l-popolarità tagħha dejjem kibret kemm mal-Maltin, kif ukoll mat-turisti li jżuruna. 

Ritratti: Roger Azzopardi

Sport