Il-Bord Eżekuttiv tal-Malta FA illum approva t-tqassim tal-UEFA Solidarity Payments għall-istaġun 2022/23, li d-dħul joħroġ mill-kompetizzjonijiet tal-klabbs tal-UEFA u huwa maħsub għall-użu fl-iżvilupp tal-grassroots u taż-żgħażagħ.
Fil-laqgħa tal-lum, il-Bord approva l-mudell ta’ distribuzzjoni ta’ dawn il-UEFA Solidarity Payments, li se jammontaw għal €1.08 miljun.
B’kollox 67% tal-fondi se jitqassmu bejn l-14-il klabb tal-Premier skont kriterji differenti.
Il-kumplament se jiġi allokat għal klabbs membri oħra u assoċjazzjonijiet membri fil-livell tal-futbol tad-dilettanti, taż-żgħażagħ, u tal-grasroots, inklużi membri tal-Gozo FA.