Monday, December 23, 2024

ARA: Anthony Quinn Warner identifikat bħala r-raġel wara l-isplużjoni f’Nashville

Aqra wkoll

Filmati ġodda tas-sigurtà li kienu ppubblikati mill-pulizija ta’ Nashville juru l-qawwa tal-bomba li kienet f’karavann u li splodiet f’Jum il-Milied.

Intant l-awtoritajiet Amerikani identifikaw lil Anthony Quinn Warner bħala l-persuna wara l-isplużjoni, wara li qabblu d-DNA tiegħu ma’ fdalijiet li nstabu fuq ix-xena fejn seħħet l-isplużjoni.

YouTube video

Id-Direttur tat-Tennessee Bureau of Investigation, David Rausch, waqt konferenza tal-aħbarijiet ikkonferma li kampjuni tad-DNA li ttieħdu minn fuq il-post tqabblu ma’ dak ta’ Warner minn analisti forensiċi.

Warner, ta’ 63 sena minn Antioch f’Tennessee, kien diġà ġie identifikat bħala suspettat.

L-awtoritajiet Amerikani ma taw l-ebda indikazzjoni jekk kienx hemm xi ħadd ieħor involut, u l-ebda mottiv ma kien determinat.

F’konferenza tal-aħbarijiet l-uffiċjal tal-FBI Douglas Korneski naqas milli jikkummenta meta ġie mistoqsi jekk l-isplużjoni tistax tiġi kkunsidrata bħala każ ta’ terroriżmu domestiku.

Ekonomija

Sport