Friday, November 29, 2024

ARA: Appell mill-President ta’ Malta fil-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali

Aqra wkoll

“Is-saħħa mentali għandha tinghata importanza ċentrali f’kull qasam tal-ħajja tagħna”. Hekk qal il-President tal-Malta George Vella fil-messaġġ tiegħu meta kienu qiegħed ifakkar il-Jum Internazzjonali tas-Saħħa Mentali.

Huwa kompla jgħid li meta jitkellem dwar is-saħħa mentali am jkunx qiegħed jgħid dwar tip ta’ marda waħda jew il-problema li din iġġib magħha. “Inkun ukoll qed nirreferi għal numru ta’ fatturi oħra li b’mod dirett jew indirett għandhom impatt fuq is-saħħa mentali.” Il-President qal li kampanji li jitkellmu dwar il-bilanċ fix-xogħol, stufju u familja u l-bilanċ bejn il-progress, ambjent nadif u spazji miftuħa ta’ rikeazzjoni huma fatturi jippromwovu s-saħħa mentali kollettivament.

Il-President Vella qal li l-lingwa ta’ kif nitkellmu dwar persuni li għaddejjin minn xi mard mentali hija fatturi li tista’ taffetwa lill-vittmi u l-familjair tagħhom. “Dan jista’ jwassal biex persuna ma tfittix l-ghajnuna medika. Ma naqasx li l-President isemmi l-pandemija COVID-19 li kellha impatt fuq dawk li diġà għaddejjin mill-pjaga ta’ mard tas-saħħa mentali.

Sport