Aktar kmieni, l-Old Motors Club Malta organizza attività ta’ karità f’Id-Dar Tal-Providenza fis-Siġġiewi. Ir-rispons kien wieħed pożittiv kemm mis-sidien tal-karozzi kif ukoll dawk li attendew biex igwadu l-wirja.
Fost il-ħafna vetturi esebiti kien hemm għażla kbira ta’ karozzi klassiċi minn ditti u epoki differenti. Barra minn hekk, il-pubbliku kellu l-opportunità jiltaqa’ mas-sidien tal-karozzi u jistaqsi xi mistoqsijiet filwaqt li jagħti donazzjoni lid-Dar tal-Providenza.