Friday, May 3, 2024

ARA: “Budget li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja permezz ta’ tkabbir u stabbilità”

... Iwieżen lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union hija sodisfatta bil-miżuri li tħabbru għall-Baġit 2024 hekk kif prinċipalment huwa baġit bl-akbar nefqa fuq miżuri soċjali li qatt saret f’pajjiżna. Budget li qed ikompli jgħin u jsostni speċjalment lill-persuni l-aktar vulnerabbli. Dan f’kuntest ta’ kriżi internazzjonali.

“Il-GWU sodisfatta li dan huwa baġit ieħor li qed ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja, jagħti stabbilità, isaħħaħ il-livell ta’ għajxien tal-ħaddiema u l-pensjonanti, filwaqt li jassigura t-tkabbir ekonomiku,” qal is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja.

Għall-GWU l-aktar miżuri importanti huma dawk li qed tissaħħaħ il-paga minima nazzjonali fuq 4 snin, iż-żieda fis-servizzi soċjali nkluż il-pensjonijiet, il-konferma li se jibqa’ s-sussidju fuq il-prezz tal-enerġija, fjuwil u ċereali. Spiża tas-sussidju se tammonta għal €350 miljun. Dan mingħajr l-introduzzjoni ta’ taxxi ġodda.

Sodisfatta wkoll biż-żieda lill-pensjonanti tas-servizz u pensjonanti tar-romol, il-cash grants għall-intrapriżi żgħar u medji, iż-żieda fl-istipendju għall-istudenti, it-tisħiħ fil-mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA, iż-żieda fiċ-Childrens’ Allowance, iż-żieda fil-Carers’ Grant u li tiġi indirizzata l-anomalija ta’ dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 fost oħrajn. Sodisfatti wkoll li se jkompli l-proċess li jiġu indirizzati l-inġustizzji tal-passat fosthom tat-tarzna. Dan minbarra diversi miżuri li se jtejbu l-ambjent ta’ madwarna biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja.

Il-GWU tapprezza wkoll il-fatt li filwaqt li l-Gvern qed jintroduċi għadd ta’ miżuri soċjali ġodda u addizzjonali bla preċedent, id-dejn nazzjonali se jibqa’ taħt il-livelli mitluba mill-Unjoni Ewropea.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li jilqa’ b’pożittività li l-Gvern laqa’ ħafna mill-proposti li ressqet il-GWU fosthom it-tkomplija ta’ sussidjar tal-enerġija u l-fjuwils, li jiġu rregolati dawk li jissejħu outsourcing u temping agencies u l-prinċipju tal-ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur.

“Bħala GWU nemmnu li l-kumpens għall-għoli tal-ħajja ma kellux ikun intaxxat u li l-ħaddiema tal-amministrazzjoni pubblika, is-settur pubbliku u l-ħaddiema tal-kuntrattur li jagħtu servizz lill-amministrazzjoni pubblika kellhom jingħataw ir-relattività fil-pagi barra l-kumpens tal-għoli tal-ħajja,” qal is-Sur Bugeja.

Hekk kif issuġġeriet il-GWU, il-Gvern qed jibqa’ jinsisti li l-ħaddiema jkunu onesti u jħallsu dak dovut minnhom, fejn se jagħti l-appoġġ totali lejn in-negozjant li jitratta lill-ħaddiema u l-konsumatur sew u li jħallas it-taxxi. Gvern li qed jassigura li dan il-pajjiż jibqa’ b’saħħtu finanzjarjament mingħajr ma jitfa’ piżijiet fuq il-ġenerazzjonijiet li se jiġu warajna.

Din hija l-ewwel reazzjoni tal-GWU. Fil-jiem li ġejjin il-Kunsill Nazzjonali jkun qed joħroġ reazzjoni uffiċjali.

YouTube video

Sport