Saturday, May 4, 2024

“Budget mingħajr soluzzjonijiet … iż-żieda għall-pensjonanti mhix biżżejjed”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-ewwel reazzjoni għall-budget

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Budget mingħajr soluzzjonijiet u li juri gvern li għeja”. Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-budget 2024 fejn saħaq li ż-żieda mogħtija lill-pensjonanti mhijiex biżżejjed għax qegħdin iħossu li l-għoli tal-ħajja qed jaffettwalhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom.

“Il-poplu Malti u Għawdxi ilu jitkellem dwar il-piż tal-popolazzjoni li qiegħda tiżdied”, sostna Grech filwaqt li qal li l-gvern irid jibqa’ għaddej bil-mudell ekonomiku tiegħu li jibqa’ għaddej jimporta l-ħaddiema barranin li jitħallsu biċ-cheap labour minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea”, kompla biex jgħid Grech filwaqt li qal li l-budget nesa l-qasam tal-edukazzjoni u tas-saħħa. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tippressa lill-gvern biex iġib il-flus mgħoddija lil Steward lura.

Dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku, Grech qal li l-gvern mar ħażin fil-previżjonijiet tiegħu f’Lulju li għadda u qal li l-budget ma jsemmi l-ebda investiment f’dan ir-rigward. 

“In-nies għandhom bżonn gvern li jwennishom u li lest li jagħtihom is-soluzzjonijiet”, temm jgħid Grech.

Sport