Saturday, May 4, 2024

Budget 2024: Pajjiżna se jkollu t-trakka tal-karozzi

Ninvestu fil-wirt kulturali, l-arti u l-isport

Aqra wkoll

Tkellem ukoll dwar ix-xogħol ta’ rinnovar ta’ Villa Gwardamangia li tkomplew matul din is-sena u libħalissa għaddejjin t-tħejjijjiet fuq il-Biennale, avveniment li se jittella’ bejn Marzu u Mejju tal-2024. Il-Ministru Caruana qal ukoll li l-Valletts Design Cluster se tniedi programm ġdid ta’ residenza ġdid għad-disinjatur u riċerkaturi sabiex ikomplu jesploraw.

Il-Budget 2024 jaħseb ukoll għall-Proġetti kapitali fl-Isports

Mis-sena d-dieħla se jitkomplew aktar faċilitajiet ta’ kwalita’ li jagħtu spinta oħra il’quddiem f’dan il-qasam. Għalhekk se tibda l-ewwel fażi tax-xogħol, ta’ preparazzjoni tal-Pitch tal-Water Polo f’Marsaskala. Se jibda wkoll l-ewwel xogħol preparatorju biex pajjiżna jkollu indoor shooting range li tikkumplimenta l-faċilitajiet eżistenti ta’ dan il-qasam. Pajjżna wkoll se jkollu t-trakka tal-karozzi, li x-xogħol fuqha baqa għaddej, fejn mhux biss komplew il-proċessi tal-ippjanar, iżda saret ukoll rikolazzjonijiet ta’ attivitajiet bil-għan li meta jkun hemm il-permessi approvati, ix-xogħol ikun jista’ jibda minnufih. 

Se jibdew jingħataw ukoll korsijiet f’livelli differenti li permezz tal-Awtoritá għall-Integrità fl-Isports Malti għandhom iżidu l-professjonalitá fil-coaching u t-tmexxija tal-klabbs. 

Se jitwaqqaf ukoll tribunal nazzjonali indipendent biex jipprovdi riżoluzzjonijiet importanti għal tilwim dwar kwistjonijiet relatati mal-isports

Sport