Saturday, May 4, 2024

“Budget b’politika mibnija fuq il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tan-nies”

L-ewwel reazzjoni tal-PM Robert Abela għall-budget 2024

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva l-Budget 2024 bħala wieħed li jattakka bis-saħħa l-għoli tal-ħajja u l-inflazzjoni filwaqt li jsaħħaħ id-dħul tal-ħaddiema u l-familji kollha li jinsabu fil-middle class.

F’konferenza tal-aħbarijiet li indirizza fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru saħaq li dan kien Budget li tfassal man-nies u għalhekk huwa Budget tan-nies. Huwa kompla jgħid li dan huwa wkoll Budget li għandu ħsieb strateġiku li jeħodna fit-tul biex ikollna Malta Ġusta. “Qed inwettqu politika mibnija fuq il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-Għawdxin u l-Maltin,” tenna l-Prim Ministru.

Huwa saħaq li dan kien budget li żamm stabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fjuwils, li jżid bis-saħħa l-paga minima, li qiegħed iżid iċ-children’s allowance u li qed jerġa’ jsaħħaħ il-pensjonijiet. 

“Dan huwa budget ieħor mingħar ebda taxxi ġodda. Budget li jinċentiva l-ekonomija ta’ għada permezz ta’ strateġija lejn setturi ġodda u produttivi,” żied jgħid il-Prim Ministru.

Sport