Tuesday, April 30, 2024

ARA: Ċelebrazzjonijiet kbar mill-partitarji Laburisti fin-Naxxar

Aqra wkoll

Hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar rebħa kbira oħra għall-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali 2022, l-atmosfera fil-kamra tal-għadd tal-voti kienet waħda ta’ ċelebrazzjoni mill-maġġoranza ta’ dawk preżenti.

Filwaqt li talab biex tinżamm il-kalma, il-Prim Ministru Abela ġie milqugħ mill-partitarji Laburisti li waqfu ftit biex jilqgħuh bi ħġarhom bħala l-mexxej ta’ Malta għall-ħames snin li ġejjin.

Fil-kamra tal-għadd tal-voti qiegħed ikompli l-għadd biex aktar ma javvanzaw, joħroġ eżattament kemm huwa d-distakk bejn iż-żewġ partiti ewlenin u d-dettalji relatati distrett, distrett.

Sport