Sunday, November 24, 2024

ARA: Eluf ta’ tfal mill-Girl Guides u l-Iscouts jagħtu ħajja lill-Belt bil-parata annwali

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Gruppi tal-Girl Guides u tal-Iscouts minn madwar Malta u Għawdex kollu żammew l-appuntament annwali tagħhom tal-parata fil-Belt Valletta, parata mill-isbaħ li fiha jiċċelebraw il-volontarjat u l-ħidma tagħhom fejn l-għan ewlieni huwa dak li jħarrġu lit-tfal. F’din l-okkażjoni, l-Aġent President ta’ Malta, Frank Bezzina, ingħata salut mill-eluf ta’ tfal, żgħażagħ u mexxejja ta’ dawn il-gruppi.

YouTube video

Fil-fatt, dalgħodu Triq ir-Repubblika u Pjazza San Ġorġ kienu mimlija ħajja b’din il-parata mill-moviment tal-Iscouts u tal-Girl Guides. Fiha ħadu sehem aktar minn 1,000 scout u girl guides, b’uħud bl-instrumenti tagħhom.

L-iscouts u l-girl guides immarċjaw mill-Fosos tal-Floriana tul Triq ir-Repubblika l-Belt, għaddew minn Pjazza San Ġorġ fejn taw is-salut tradizzjonali lill-President Vella. Imbagħad dawru lejn Triq l-Arċisqof, imxew tul Triq il-Merkanti sakemm waslu fi Pjazza Kastilja.

Din l-attività ġiet organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iscouts u l-Malta Girl Guides, żewġ assoċjazzjonijiet li għalkemm iħaddnu l-istess prinċipji, huma awtonomi minn xulxin.

Sport