Saturday, May 18, 2024

Alex Meret se jkompli ma’ Napoli?

Aqra wkoll

Il-futur tal-goalkeeper internazzjonali Taljan, Alex Meret, ma’ Napoli għadu xi ftit jew wisq inċert hekk kif id-diriġenti tal-klabb iridu jiltaqgħu mal-aġent tal-plejer sabiex jaraw it-triq ‘il quddiem.

Il-kuntratt ta’ Meret jiskadi f’Ġunju 2024 u minkejja li r-rieda tal-plejer hu li jibqa’ fil-belt tan-naħa t’isfel tal-Italja, jixtieq li jkollu futbol aktar regolari.

Meret kien wieħed mill-protagonisti tal-kampjonat mirbuħ minn Napoli l-Ħamis li għadda.

Sport