Ġenituri u uliedhom illum kellhom l-opportunità li jesperjenzaw mill-qrib il-ħidma tal-Puliżija ta’ Malta.
Dan hekk kif dalgħodu uffiċjali minn taqsimiet differenti tal-Korp kienu qegħdin f’Ta’ Kandja fis-Siġġiewi biex joffru din l-esperjenza lil dawk kollha li attendew.
Ma setax jonqos li dawk li attendew, b’mod speċjali dawk l-aktar ċkejknin jieħdu ritratti bħala tifkira.