Sunday, May 19, 2024

Bosta familji jħallu djarhom minħabba żbroff ta’ vulkan fl-Indonesja

Aqra wkoll

Vulkan fil-gżira Indonesjana Java qiegħed jiżbroffa u fl-aħħar sigħat ħalla kisja ta’ rmied fuq il-villaġġi tal-madwar.

Residenti viċin MT Semeru kellhom iħallu djarhom u  membri tas-salvataġġ jinsabu fi triqithom biex jassistu fiż-żona affettwata.

L-Aġenzija tal-aħbarijiet Antara qalet li f’xi żoni feġġgħet bħal xita ta’ rmied vulkaniku. Intant il-linji tal-ajru li joperaw fiż-żona qegħdin jiġu mwissija dwar il-kundizzjonijiet ħżiena hekk kif din is-sħaba ta’ rmied qiegħda titla sa għoli ta’ madwar 15,000 metru.

L-aħħar li żbroffa dan il-vulkan kien f’Jannar li għadda u s’issa mhuwiex magħruf jekk kienx hemm fatalitajiet kawża ta’ dan l-aħħar żbroff.

Sport