Saturday, May 4, 2024

Il-pazjenti l-Isptar minħabba l-Covid-19 jitilgħu għal 21

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 59 każi ġodda ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 60 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li bħalissa f’pajjiżna hawn 1,347 każ attiv.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 468 wara li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. 

Fl-Isptar Mater Dei hemm 21 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19 bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija, kienu ngħataw b’kollox 968,248 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 129,330 kienu dożi tal-booster.

Sport