Monday, May 13, 2024

“Dawk li kienu applikaw għall-kumpens mill-asbestos m’għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw”

Aqra wkoll

Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Metall u Kostruzzjoni Jesmond Marshall 

Fl-aħħar jiem, il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol ħabbar li qed jilqa’ applikazzjonijiet għal kumpens mingħand l-eks impjegati tal-Malta Drydocks li minħabba x-xogħol li ġew assenjati jagħmlu fil-passat sofrew jew ġew nieqsa kawża tal-asbestos. Din hi sejħa għal pagament ta’ darba ta’ kumpens non-pekunjarju bil-għan li jkun hemm negozjar ta’ dan l-istess kumpens barra l-Qorti.  

Il-General Workers’ Union, li ħadmet qatigħ sabiex tara li din il-ġustizzja titwettaq, kellha rispons qawwi fl-aħħar ġimgħat u bħala union diġà għaddew id-dokumenti li tressqu quddiemha lill-Ministeru. 

Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Metall u Kostruzzjoni Jesmond Marshall iċċara ma’ dan il-ġurnal li dawk kollha li diġa’ kienu ressqu l-każ tagħhom quddiem il-union, m’għandhomx għalfejn jerġgħu jagħmlu dan issa li reġgħu fetħu l-applikazzjonijiet.

“Bħala union diġà bgħatna d-dokumenti kollha lill-Ministeru. Ħafna min-nies se jirċievu risposta dalwaqt. Kulħadd irid jistenna ftit però. Min diġà bagħat id-dokumenti, m’għandux għalfejn jerġa’ jibgħathom il-Ministeru jew jerġgħu jiġu l-union,” saħaq is-Segretarju Marshall. 

L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tnejn 28 ta’ Frar, 2022. Wara din id-data mhux se jiġu aċċettati aktar applikazzjonijiet għal kumpens. L-applikazzjoni tista’ titniżżel minn fuq is-sit elettroniku https://finanzi.gov.mt/asbestosis/ jew tinġabar personalment mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.

Sport