161 persuna jitkeċċew minn Malta wara li nqabdu jgħixu hawn bla permess

Aqra wkoll

Il-Ministru Glenn Bedingfield ħabbar li matul l-aħħar erba’ ġimgħat, 161 persuna nstabu jgħixu f’Malta b’mod irregolari wara sensiela ta’ kontrolli u spezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet. Dawn il-persuni se jkunu qed jitneħħew minn Malta.

Fl-istess perjodu, 54 persuna oħra ġew ritornati lejn pajjiżhom jew lejn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea.

L-operazzjonijiet saru f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, fosthom il-Marsa, Birżebbuġa, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Belt Valletta, San Pawl il-Baħar u ż-Żebbuġ f’Għawdex.

Il-ħidma twettqet mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni u mill-uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport