Saturday, November 21, 2026
Home Sport Roman Abramovich jitlob £150 miljun mill-bejgħ ta’ Chelsea

Roman Abramovich jitlob £150 miljun mill-bejgħ ta’ Chelsea

0
31

L-eks sid ta’ Chelsea, Roman Abramovich, qed jitlob li jirċievi £150 miljun miżmuma wara l-bejgħ tal-club fl-2022, hekk kif għadha għaddejja tilwima finanzjarja dwar il-qligħ mit-tranżazzjoni.

Skont rapporti fil-midja Ingliża, il-kumpanija tiegħu, Fordstam, qed titlob li dan l-ammont jitħallas sal-30 ta’ Mejju 2027.

Sadanittant, is-somma ferm akbar ta’ madwar £2.5 biljun mill-bejgħ għadha ffriżata f’kont bankarju Brittaniku minħabba s-sanzjonijiet imposti fuq Abramovich wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna.

Il-gvern Ingliż jinsisti li dawn il-flus għandhom jintużaw esklussivament għal skopijiet umanitarji fl-Ukrajna, filwaqt li Abramovich irid aktar flessibbiltà dwar kif jitqassmu.

Il-kwistjoni għadha ma nqatgħetx, bil-gvern Ingliż iwissi li lest jieħu passi legali biex jiżgura li l-fondi jiġu rilaxxati.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here