Saturday, November 21, 2026
Home Sport Harry Kane mistenni jdum barra mill-azzjoni għal madwar tliet xhur

Harry Kane mistenni jdum barra mill-azzjoni għal madwar tliet xhur

0
18

Bayern Munich sofrew daqqa ta’ ħarta kbira hekk kif l-attakkant Harry Kane mistenni jdum madwar tliet xhur barra mill-azzjoni minħabba injury fil-ligamenti tal-għaksa.

Il-captain Ingliż weġġa’ waqt id-draw ta’ 1-1 kontra Cologne, wara kuntatt mad-difensur Joel Schmied. Kane pprova jkompli jilgħab iżda kellu jinbidel fl-20 minuta.

Eżamijiet mediċi kkonfermaw li sofra tiċrita fil-ligament syndesmosis tal-għaksa tax-xellug.

Din l-assenza hija daqqa ta’ ħarta għall-coach Vincent Kompany, li se jkollu jgħaddi mingħajr l-aqwa attakkant tiegħu f’perjodu importanti tal-istaġun.

Kane jista’ jitlef 11-il logħba tal-Bundesliga, partita mit-Tazza Ġermaniża kontra Hertha Berlin u l-aħħar erba’ impenji ta’ Bayern fil-fażi tal-kampjonat taċ-Champions League.

L-injury tqajjem ukoll tħassib għall-Ingilterra qabel il-kwarti tal-finali tan-Nations League f’Marzu 2027.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here