Raġel ta’ 31 sena residenti ż-Żejtun ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni dwar allegata importazzjoni u traffikar ta’ droga.
L-arrest sar f’Wied il-Għajn wara konsenja kkontrollata mill-Pulizija, hekk kif aktar kmieni kien ġie kkonfiskat pakkett suspettuż li wasal bil-posta.
Il-pakkett kien fih madwar erba’ kilogrammi ta’ droga suspettata kannabis, b’valur fit-triq ta’ madwar €96,000, li allegatament kienet destinata għas-suq lokali.
Minn tfittxija fir-residenza tar-raġel, il-Pulizija elevat ukoll oġġetti relatati mal-użu tad-droga.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud, filwaqt li r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar.g
