Thursday, April 18, 2024

ARA: “Għaliex hu? … JeanPaul kien żagħżugħ ferrieħi li kellu l-ħolm tiegħu”

Jingħata l-aħħar tislima JeanPaul Sofia

Aqra wkoll

Il-Knisja ta’ San Ġorġ Preca tas-Swatar dalgħodu laqgħet fiha folla kbira ta’ nies li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil JeanPaul Sofia.

Il-Kappillan tas-Swatar Dun Robert Grech fid-diskors tiegħu fakkar dwar il-bżonn li nirriflettu dwar il-ħajja tagħna u nkunu preparati għal meta jiġi dak il-mument li ntemmu l-ħajja f’din id-dinja. Huwa qal ukoll li din tista’ tiġi għall-għarrieda kif ġara fil-każ ta’ dan iż-żagħżugħ li ddeskrivih bħala ferrieħi u li dejjem lest biex jgħin lill-oħrajn.

Dun Grech rrefera għal numru ta’ domandi li għandhom dawk l-aktar qrib tiegħu fosthom għaliex hu? Għaliex ma ġietx evitata din it-traġedja? Għaliex din l-inġustizzja? u Ta’ min hu t-tort?

Il-korteo bit-tebut wasal b’diversi ħbieb tal-vittma jsuqu karozzi bi sticker fuqhom li biha fakkru l-memorja tiegħu. Minn waħda mill-karozzi nstemgħet tindaqq b’volum pjuttost għoli l-kanzunetta ‘Xemx’ f’mument mill-iktar emozzjonanti.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena ġie rkuprat minn qalb it-tifrik fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu wara operazzjoni ta’ madwar 16-il siegħa li kienet tinvolvi l-ħidma ta’ madwar 50 pumpier fost uffiċjali oħra. 

Ekonomija

Sport