Thursday, April 18, 2024

Żiemel involut f’inċident bejn numru ta’ karozzi f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Għall-ħabta tal-5:30 a.m żiemel li kien qiegħed jinġarr ġo karru wara vann sfratta wara inċident fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ.

Jidher li b’kollox kienu involuti erba’ karozzi fl-inċident. Jidher ukoll li mal-ħabta, iż-żiemel sfratta u ħarab minn fuq il-post sakemm fortunatament ġie maqbud ftit tal-ħin wara.

Filwaqt li s-sewwieq tal-vann u s-sewwieq ta’ żewġ karozzi oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi, raġel ta’ 34 sena minn Marsaskala li kien qiegħed isuq karozza oħra tal-għamla Audi A4 minn kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport